Żjara fil-Palazz tal-Inkwiżitur mill-istudenti tas-seba’ sena

L-Erbgħa 21 ta’ Novembru, l-istudent tas-7.8 żaru l-Palazz tal-Inkwiżitur. Waqt din iż-żjara, setgħu jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ xi aspetti tal-folklor Malti, l-aktar l-ilbies tradizzjonali. Għaldaqstant, din ħarġa serviet ta’ introduzzjoni għall-proġett tal-folklor Malti, li se jsir aktar ’il quddiem fil-lezzjonijiet tal-Malti. F’dil-ġurnata l-istudenti ħadu sehem f’erba’ attivijiet: 1. L-ewwel waħda kienet preżentazzjoni dwar l-industrija tal-qoton f’Malta u kif kien jinħadem l-ilbies tradizzjonali Malti. 2. Imbagħad, ingħataw l-opportunità li jaraw ilbies Malti antik li jinsab ikkonservat fi kmamar apposta f’dan il-palazz u libbsu żewġ manikini b’ilbies tradizzjonali Malti. 3. Wara, l-istudenti libsu kostumi Maltin biex jirreċtaw kawża quddiem l-inkwiżitur fil-kamra propja li kienet tintuża fl-imgħoddi. 4. Fl-aħħar nett l-istudenti komplew iduru mal-Palazz sabiex jaraw iċ-ċelel u l-kmamar tat-tortura. Din l-esperjenza kienet utli għall-istudenti sabiex jitgħallmu dwar ħajjet missirijietna, f’ambjent u atmosfera differenti għalkollox minn dik ta’ kuljum. Din l-opportunità se tingħata wkoll lil studenti oħrajn matul ix-xahar ta’ Marzu 2019. (Ms Farrugia)