Book tasting Activity – St Margaret College Middle School

Book tasting Activity

Il-ktieb l-akbar ħabib! Fl-iskola tagħna jsir ħafna xogħol sabiex inkabbru l-imħabba lejn il-qari. Nemmnu li l-qari jgħinek tikber minn diversi lati u għalhekk nagħtuh l-importanza mistħoqqa. Fil-fatt apparti l-librerija tal-iskola, grazzi għall-Aġenżja tal-Litteriżmu, anke fil-klassijiet tal-Malti u tal-Ingliż hemm libreriji żgħar għall-użu tal-istudenti. Uħud mill-għalliema tal-Malti u tal-Ingliż, jintroduċu dawn il-libreriji permezz ta’ book tasting. F’din l-attività l-klassi tieħu xejra ta’ restaurant, iżda minflok ikel jiġu servuti kotba. L-istudenti ‘jduqu’ wħud minn dawn il-kotba billi jaqraw il-ħarsetta, u wara jgħiduha fi kliemhom lil sħabhom. Dan inissel fihom ċertu kurżità sabiex jissellfu l-kotba għad-dar. Fl-aħħar ta’ kull term, l-istudenti li jaqraw l-aktar kotba kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliz, jingħataw ċertifikat waqt assembly speċjali. (Grazzi lil Ms Farrugia, Ms Oliva Mifsud u Ms Caruana)