L-assembly ta’ Dun Karm – St Margaret College Middle School

L-assembly ta’ Dun Karm

Matul din il-ġimgħa ħafna skejjel u postijiet oħra f’Malta jfakkru lil Dun Karm Psaila, il-poeta nazzjonali ta’ Malta. Dan minħabba l-fatt li kien twieled fit-18 t’Ottubru 1871 u miet fit-13 t’Ottubru 1961. Fl-iskola tagħna ma naqasx li nagħmlu dan. Għalhekk saret assembly speċjali f’ġieħ Dun Karm. Mill-ġimgħa ta’ qabel, l-istudenti ħejjew kartelluni dwar Dun Karm bl-għajnuna tal-għalliema tal-Malti u ppreżentawhom waqt din l-assembly. Barra minn hekk ġew murija filmat bil-bijografija ta’ Dun Karm li kompliet tgħin lill-istudenti jkabbru l-għarfien tagħhom dwar dan il-poeta tant speċjali għal pajjiżna.