Il-Għar tax-Xelter – St Margaret College Middle School

Il-Għar tax-Xelter

Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru 2017, l-istudenti kollha tat-tmien sena kellhom ħarġa sal-iskola Medja tal-Blata l-Bajda. Hemmhekk raw l-istorja tal-ktieb ‘Il-Għar tax-Xelter’ ta’ Trevor Żahra, maħduma f’film minn studenti tamparthom.

Il-film kien maħdum b’mod professjonali u żamm lill-udjenza interessata l-ħin kollu. Qabel ma spiċċat l-aħħar parti tal-film, il-film twaqqaf u kien hemm diskussjoni qasira dwar dak li kien qed jiġri. F’din l-esperjenza l-istudenti ġew esposti aktar għal-letteratura Maltija u l-fatt li ħafna mill-atturi kienu studenti bħalhom, setgħu jirrelataw aktar magħhom. Barra minn hekk, peress li din il-ġurnata kienet differenti mir-rutina tas-soltu, tat l-opportunità sabiex l-għalliema u l-istudenti jkomplu jkabbru r-relazzjoni ta’ bejniethom f’kuntest lil hinn mill-iskola.

Dawn l-attivtajiet żgur li huma ta’ beneffiċju kemm fuq livell akkademiku kif ukoll fuq livell uman.