Il-Jeans Day – Suċċess ta’ ġbir għall-Istrina! – St Margaret College Middle School

Il-Jeans Day – Suċċess ta’ ġbir għall-Istrina!

Nirringrazzjaw lill-istudenti kollha li ħadu sehem fl-inizjattiva tal-Jeans Day. Inġabru €370, li sejrin jiġu rduppjati mill-Bank of Valletta. Somma sabiħa meta wieħed jikkunsidra li aħna skola żgħira u nġabar biss €1 mingħand kull student. Prosit lill-għalliema u l-istudenti membri fil-Kunsill tal-Istudenti talli ħadu ħsieb jiġbru dawn il-flus.