Kompetizzjoni ta’ kitba ta’ poeżiji

Matul din is-sena skolastika d-Dipartiment tal-Malti organizza kompetizzjoni ta’ kitba ta’ poeżiji. Din il-kompetizzjoni kienet miftuħa kemm għall-istudenti tas-seba’ sena kif ukoll għal dawk tat-tmien sena. Diversi studenti pparteċipaw u fl-aħħar ta’ Marzu ġew magħżula tliet poeżija rebbieħa. Ir-rebbieħa ġew imħabbra f’assembly speċjali li saret l-Erbgħa 25 t’April. Il-poeżiji kienu dawn: Mawra sa Sqallija ta’ Desiree Camilleri u Maya Bartolo – 7.2 Il-Belt Valletta ta’ Chanise Mifsud – 7.2 Progress Rigress ta’ Sharona Grech – 8.3 Prosit lil kull min ipparteċipa u nifirħu lir-rebbieħa. Il-parteċipazzjoni f’dawn l-attivitajiet tgħinna nikbru u nesprimu aktar lilna nfusna b’mod differenti.