Nippromwovu l-qari

L-istudenti nqasmu fi gruppi u ġew mitluba jaqraw il-blurb tal-ktieb.

Kull student/a qalu fi kliemhom dwar xiex kien il-ktieb li kellhom quddiemhom lill-kumplament tal-grupp.

L-istudenti ġew mitluba jniżżlu l-kotba li qanqlulhom kurżità u maġenb kull titlu niżżlu l-preferenzi tagħhom.

Fl-aħħar tajt daqqa t’għajn lejn il-preferenzi tal-istudenti u ħafna minnhom issellfu l-kotba li xtaqu.

Ġie spjegat li se jinżamm rendikont ta’ kull ktieb li se jaqraw, kemm mil-libreriji tal-iskola u tal-klassijiet kif ukoll mil-libreriji pubbliċi. Dan sabiex fl-aħħar ta’ kull term, l-istudenti li jkunu qraw l-iktar kotba jingħataw ċertifikat.